Fugitives are rare, but efficient international cooperation has enabled swift uptake and closure.

 

 

 
 

 

Report Date   Info   Category

06 December 2010

 

Il-Pulizija qeghda titlob l-ghajnuna tal-pubbliku rigward ittfixija ta’ Fabio Psaila (ritratt tieghu qieghed jigi prodott hawn taht).

Fabio Psaila qieghed jigi imfittex mill-pulizija inkonnessjoni ma’ investigazzjonijiet ta’ reati kriminali serji.

Kull minghandu jew jista’ ikollu xi tip ta’ taghrif dwar Fabio Psaila huwa gentilment mitlub jghaddiha lill-Pulizija b’mod kunfidenzjali fuq in-numru 119.

L-anonimita u l-konfidenzjalita’ tkun rispettata.

 

Fugitive Apprehended:

27 December 2010

Ref: 517/2010 & 551/2010

 

Report Date   Info   Category

02 November 2009

 

Il-Pulizija tixtieq tavza li persuna maghrufa bhala Leandro Ambrogio, li r-ritratti tieghu qieghed hawn jigi riprodott, huwa mfittex mill-Pulizija in segwitu ta’ digriet tal-Qorti Kriminali.

  

Kull min ghandu xi informazzjoni dwar din il-persuna huwa mitlub li jikkuntattja lill-Pulizija fuq il-linja 21 221 111, 119 jew l-eqreb Ghassa tal-Pulizija.

  Fugitive from Justice

 

Report Date   Info   Category

24 April 2009

 

Il-Pulizija tixtieq tavza li persuna maghrufa bhala Ali Abelfetah Missawi, li r-ritratti tieghu qieghed hawn jigi riprodott, huwa mfittex mill-Pulizija in segwitu ta’ digriet tal-Qorti Kriminali.

Kull min ghandu xi informazzjoni dwar din il-persuna huwa mitlub li jikkuntattja lill-Pulizija fuq il-linja 21 221 111 jew l-eqreb Ghassa tal-Pulizija.

 

  Fugitive

 

Report Date   Info   Category

29 October 2008

 

Il-bierah filghodu l-Ufficju ta’ l-Interpol fi hdan il-Korp tal-Pulizija gie nfurmat mill-awtoritajiet Rumeni li individwu li huwa mfittex minnhom kien jinsab Malta u li aktar tard kien ser jaqbad titjira lejn l-Irlanda.

                    

L-individwu, ta’ 31 sena ta’ nazzjonalita’ Rumena huwa mfittex rigward traffikar ta’ persuni u rejati relatati.  Filfatt kien hemm European Arrest Warrant mahrug kontra dan l-individwu.

 

Mill-ewwel stharrig li sar mill-Pulizija Maltija, irrizulta li l-individwu kien jinsab l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta jistenna biex jaqbad it-titjira tieghu.  Ghalhekk Pulizija mill-Interpol Malta marru fl-Ajruport sabiex ifittxu lill-individwu. Sadanittant gie infurmat il-Magitsrat ta’ l-Ghassa Dr. Apap Bologna LL. D. fejn dan hareg mandat ta’ arrest kontra l-individwu.  Sussegwentament ir-Rumen gie arrestat mill-Pulizija fl-Ajruport stess.  Bagalja li kienet immarkata f’isem l-individwu giet mizmuma mill-Pulizija. 

 

L-awtoritajiet Rumeni gew infurmati bl-izviluppi li sehhew.  L-istharrig dwar dan il-kaz sar mill-Interpol Malta b’kollaborazzjoni mal-Eurojust.

 

Intant dalghodu r-Rumen bl-isem ta’ Marius Vamanu tressaq il-Qorti quddiem il-Magistrat ta’ l-ghassa Dr. Apap Bologna LL. D.   Huwa ta l-kunsens tieghu biex jigi estradit.  Bhalissa qieghed jinzamm fil-Facilita’ Korrettiva ta’ Kordin.

 

Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Dr. Mario Cuschieri LL. D., l-Ispettur Chris Galea Scannura u Dr. Donatella Frendo Dimech LL. D. ghall-Avukat Generali.

 

Fugitive Apprehended:

Interpol-related

 

Romania

 

 

 
COPYRIGHT (C) 2010, CRIMEMALTA - Dr. SAVIOUR FORMOSA. ALL RIGHTS RESERVED
HOME PAGE   ::   ABOUT CRIMEMALTA   ::   CONTACT US